Alla ma jridx id-divorzju

Jista’ wieħed iddivorzjat jerġa’ jiżżewweġ bil-Knisja Kattolika?

Jekk tidħol il-liġi tad-divorzju, u tnejn kattoliċi li jkunu miżżewwġin jiddeċċiedu li jiddivorzjaw, u jingħataw id-divorzju, allura dawn ikunu jistgħu jerġgħu jiżżewwġu bil-Knisja?

Hawn min qed jistaqsi: “bħalissa min għandu l-flus jista’ jġib id-divorzju minn barra minn Malta u dan ikun rikonoxxut f’Malta, u allura qed issir diskriminazzjoni, għax mhux sewwa li min ikollu l-flus biss u jista’ jġib id-divorzju minn barra minn Malta, jkun jista’ jiġi hawn Malta u d-divorzju tiegħu jkun rikonoxxut u jkun jista’ jerġa’ jiżżewweġ."

Fejn hemm il-liġi tad-divorzju dan jingħata mill-istat u mhux mill-Knisja.  Għalhekk, f’għajnejn il-Knisja dawn ikun għadhom miżżewġin.

Għalkemm l-istat jagħti d-divorzju, jew jirrikonoxxi d-divorzju li jkun ingħata minn xi stat ieħor, il-kattoliċi li jġibu d-divorzju mill-istat xorta waħda ma jistgħux jerġgħu jiżżewġu bil-Knisja.  Infatti, f’għajnejn il-Knisja Kattolika dawn ikunu qed għixu fi stat ta’ adulterju.


Ir-referendum konsultattiv dwar il-liġi tad-divorzju

Għalkemm f'Malta sar referendum konsultattiv dwar il-liġi tad-divorzju, il-mistoqsija ma kenitx ċara u lanqas ir-riżultat ma hu daqshekk ċar.

Infatti kien hemm ħafna li vvutaw kontra u ħafna oħrajn li astjenew.  Għalhekk, ir-rieda ta' dawn il-votanti ma tistgħax tkun injorata.

Barra minn hekk, dan ir-referendum sar meta din il-liġi kienet għadha ma tfasslitx.

Ladarba r-referendum konsultattiv sar qabel ma din il-liġi kienet għaddiet mill-istadji kollha tal-parlament, allura l-argument tar-referendum ma jagħmel l-ebda sens.  Infatti min qed iġib l-iskuża tar-referendum qiegħed iqarraq.

Barra minn hekk, kulħadd jaf li f’demokrazija, min jitla’ fil-parlament mistenni jimxi skond il-programm elettorali tiegħu.

Il-Liġi tad-divorzju ma kenitx fil-programm elettorali tal-ebda membru parlamentari preżenti.  Għalhekk l-ebda membru parlamentari preżenti ma għandu l-mandat elettorali biex jilleġiżla fuq id-divorzju.


Il-Kattoliku qatt ma jista’ jaqbel mad-divorzju

Aħna l-kattoliċi qatt ma nistgħu naqblu li f’Malta jkun hawn il-liġi tad-divorzju.

Għalhekk aħna rridu li l-membri li tellgħajna fil-parlament biex jirrapreżentawna jivvutaw kontra l-liġi tad-divorzju.

Għaldaqstant il-membri parlamentari preżenti għandhom ikunu jafu li fl-elezzjoni li jmiss aħna l-kattoliċi se nivvutaw biss għal dawk il-membri parlamentari li jkunu vvutaw kontra d-dħul tal-liġi tad-divorzju.


Kampanja kontra l-liġi tad-divorzju.

Min ma jridx li f’Malta jkun hawn il-liġi tad-divorzju għandu jiffirma l-petizzjoni “Kampanja kontra l-ligi tad-divorzju” biex wara tintbagħat lill-membri parlamentari maltin.

Biex tiffirma l-petizzjoni ikklikkja fuq il-link ta' hawn taħt:



No comments:

Post a Comment