Nerġgħu nsibu mill-ġdid is-sbuħija tal-magħmudija tagħna



Nhar il-Ħadd, 9 ta’ Jannar 2011, il-Papa Benedittu XVI iċċelebra l-quddiesa fil-Kapella Sistina fejn huwa għammed diversi trabi; fl-okkażżjoni tal- festa tal-Magħmudija tal-Mulej, li wkoll tagħlaq iż-żmien liturġiku  tal-Milied.  Wara t-talba tal-Angelus, il-Papa qal:
“Il-misteru tal-ħajja ta’ Kristu huwa sinjal li jidher li meta Hu ħa l-ġisem dan kien l-aqwa att ta’ mħabba tat-tlett Persuni divini.  Aħna nistgħu nghidu li wara din il-ġrajja sublimi l-azzjoni ħallieqa, feddeja u qaddiesa tal-Iktar Imqaddsa Trinità kienet dejjem iktar tidher fil-missjoni pubblika ta’ Ġesù, fit-tagħlim u l-mirakli Tiegħu, fil-passjoni, l-mewt u l-qawmien Tiegħu.
Kien tassew il-Messija, Iben Alla l-Iktar Għoli, li, waqt li ħiereġ mill-ilma tax-Xmara Ġordan, jgħati ħolqien ġdid fl-Ispirtu u jiftaħ, għal dawk li jixtiequ, l-possibiltà li jsiru wlied Alla.  Tassew, li mhux b’kumbinazzjoni li kull persuna mgħammda tikseb l-istat ta’ tarbija fuq il-bażi ta’ isem Nisrani, li huwa sinjal ċar li l-Ispirtu s-Santu jġiegħel lil-bniedem ‘jitwieled mill-ġdid’ fil-ħdan tal-Knisja.
Il-Magħmudija hija l-bidu tal-ħajja spiritwali, li tilħaq il-milja tagħha permezz tal-Knisja.  Matul iċ-ċelebrazzjoni tas-Sagrament, waqt li l-kommunità ekkleżjali titlob u tirrikmanda it-tarbija ġdida ta’ Alla, l-ġenituri u l-parrini jimpenjaw ruħhom li jilqgħu l-imgħammed ġdid u li jgħinuh fil-formazzjoni u l-edukazzjoni Nisranija tiegħu.  Din hija responsabbiltà kbira, li toħroġ minn rigal kbir!  Għalhekk, nixtieq ninkoraġixxi lill-fidili kollha biex jerġgħu isibu is-sbuħija tal-fatt li tkun mgħammed u b’hekk saru jappartjenu lill-familja kbira ta’ Alla, u jixhdu bil-ferħ il-fidi tagħhom sabiex tkun tista’ tagħmel il-frott tat-tjubija u l-armonija.”

No comments:

Post a Comment