Dwar il-Vanġelu skond San Luqa



Qabel l-Evanġelji miktubin kien hemm dak orali, imxandar bil-fomm mill-Appostli u l-ministri tal-kelma (Lq 1,2)
Ø      It-tradizzjoni orali kienet tiddifferixxi xi ftit fil-preżentazzjoni, fil-kliem, fl-istil, fil-forma, b’żidiet u tnaqqis ta’ dettalji.  Dan kellu jsir bilfors għax il-predikaturi ta’ l-Evanġelju kellhom jaddattaw it-tagħlim ta’ Ġesù u r-rakkonti dwaru għaċ-ċirkustanzi tal-ħajja ta’ kull komunità nisranija, li ma kenitx l-istess kullimkien.

Luqa kiteb għall-insara li kienu ġew min-naħa tal-pagani.

Luqa minn Antjokja tas-Sirja, li kien tabib, dixxiplu ta’ l-Appostli u wara sieħeb Pawlu sal-martirju ...  imnebbaħ mill-Ispirtu s-Santu kiteb dan l-Evanġelju kollu fl-inħawi ta’ l-Akaja” (Prologu Antimarċjonita)

L-Evanġelju ta’ Luqa nkiteb wara l-waqa’ ta’ Ġerusalemm u qabel il-persekuzzjoni ta’ Domizjanu, jiġifieri bejn is-snin 70 u 80 WK.

Luqa ndirizza lil Teofilu, u fil-persuna tiegħu, lill-insrara li kienu ġew mill-pagani.

Il-karatteristiċi Letterarji ta’ l-Evanġelju u l-kontenut dottrinali tiegħu juru li hu opra miktuba minn awtur etniko-kristjan għal sħabu etniko-kristjani bl-iskop li jsaħħaħħhom fil-fidi tagħhom fil-Mulej Ġesù u fil-Knisja tiegħu.

Messaġġ Dottrinali
1.      Luqa kiteb biex jippreżenta l-messaġġ ta’ Ġesù Kristu bi stil aktar addattat għall-mentalità ta’ nies min-naħa tal-Griegi u l-pagani.

  1. Ġesù ġie fid-dinja biex ikun is-Salvatur tal-popli kollha

3.      Luqa jippreżenta dan il-messaġġ bi ħlewwa akbar u bl-eżempji ta’ l-imġieba twajba ta’ Ġesù ma’ dawk kollha li kienu mwarrbin u msejknin fi żmienu.

4.      Luqa juri li f’Ġesù tassew feġġet it-tjieba ta’ Alla Salvatur tagħna, u l-imħabba tiegħu għall-bnedmin” (Tit 3,4)

5.      Ġesù ta’ Luqa hu kollu tjubija, ħniena u mħabba.  Hu t-tabib li jfejjaq bl-imħabba.  Luqa hu kittieb tat-tjubija ta’ Kristu”

6.      Fl-Evanġelju ta’ Luqa biss naqraw: -
a)      it-tliet parabboli tal-ħniena – (15,1-32)
                                                               i.      tan-nagħġa l-mitlufa
                                                             ii.      tal-munita l-mitlufa
                                                            iii.      ta’ l-iben il-ħali
b)      l-istorja tal-mara l-midinba (7,36-50)
c)      ta’ Zakkew il-pubblikan (19,1-10)
d)      tal-ħalliel ikkonvertit (23,43)
e)      il-parabbola tal-pubblikan u l-Fariżew (18, 9-14)

7.      Luqa juri li Ġesù, “Bin il-bniedem ġie biex ifittex u jsalva l-mitluf” (19,10)

8.      Ġesù juri mħabbtu lejn l-imwarrbin tas-soċjetà ta’ żmienu, lejn l-imsejknin u l-fqajrin.
a)      l-erba’ “Beatitudni” ta’ Luqa huma ta’ faraġ għall-fqajrin, għall-imġewħin u għall-imnikktin (6, 20-22)
b)      fil-parabbola tal-għani u Lazzru (16, 19-31, ara wkoll 14, 13-14; 18, 18-23)

9.      Ġesù għandu kliem iebes u aħrax għall-għonja (ara 6, 24; 12,15; 18, 24-25);
a)      Ġesù spiss jirrikmanda ċ-ċaħda tal-proprjetà u t-tqassim tal-ġid lill-foqra (11, 41; 12, 33; 16, 9)

10.  Luqa ta importanza lin-nisa
a)      fis-soċjetà ta’ żmienu l-mara kienet imwarrba u d-dinjità tagħha ma kenitx stmata.
b)      fid-dawl tal-misteru ta’ Kristu, Luqa għaraf li l-mara, skond il-pjan ta’ Alla, kellha l-istess parti fis-salvazzjoni bħal dik tar-raġel.
                                                               i.      l-ewwel u fuq kulħadd lil Marija, Omm Ġesù, l-“imbierka fost in-nisa”.
Ø      Luqa tana tassew ritratt tagħha - fir-rakkonti ta’ l-infanzja (Lq 1-2)
                                                             ii.      Eliżabetta, u
                                                            iii.      Anna l-profetessa
                                                           iv.      il-mara li kienet midinba
                                                             v.      in-nisa li kienu jimxu wara Ġesù u jaqdu lilu u lid-dixxipli tiegħu minn ġidhom
                                                           vi.      in-nisa ta’ Ġerusalemm fit-triq tal-passjoni

11.  Luqa huwa wkoll Evanġelista tas-salvazzjoni tal-bniedem mill-jasar tad-dnub
                                                               i.      liberazzjoni soċjali tal-bniedem
                                                             ii.      salvazzjoni sħiħa tal-bniedem, fir-ruħ u fil-ġisem.
Ø      fir-relazzjonijiet tiegħu ma’ Alla u mal-bnedmin kollha

12.  Nota dominanti ta’ ferħ
a)      Il-Bxara t-Tajba ta’ Ġesù Kristu tnissel il-ferħ f’kulħadd u kullimkien.
                                                               i.      l-ewwel kelma ta’ l-Anġlu lil Marija: “Ifraħ!” u ferħet Marija “f’Alla s-Salvatur tagħha”.
                                                             ii.      il-ferħ ħabbru l-Anġli lir-ragħajja ta’ Betlehem.
                                                            iii.      ferħet Eliżabetta,
                                                           iv.      feraħ binha f’ġufha
                                                             v.      ferħu Xmun u Anna fit-Tempju
                                                           vi.      it-tliet parabboli tal-ħniena (Lq 15) jagħlqu bin-nota sabiħa ta’ ferħ u tal-festa ferrieħa.
                                                          vii.      l-Aħbar it-Tajba tnissel ferħ bla qies f’kull min jilqagħha.

13.  Għalhekk Luqa ta importanza kbira lill-azzjoni ta’ l-Ispirtu s-Santu fil-kitba tiegħu
a)      għax il-ferħ veru hu l-frott ta’ l-Ispirtu s-Santu.

14.  Ġesù jitlob u “jgħaddi l-lejl fit-talb lil Alla
a)      fi tlett okkażjonijiet importanti Ġesu talab:
                                                               i.      qabel l-għażla tat-tnax il-Appostlu (6,19)
                                                             ii.      qabel it-Trasfigurazzjoni (9,28)
                                                            iii.      qabel ma għallimhom kif għandhom jitolbu (11,1)

15.  Ġesù jitkellem u jgħallem aktar fit-tul fuq il-ħtieġa tat-talb (11, 5-13; 18, 1-8, 9-14)

16.  Ġesù jgħallem b’qawwa akbar fuq l-imħabba ta’ l-għedewwa u fuq it-talb għalihom.
a)      fid-“diskors fil-pjanura (6, 27-36) l-imħabba ta’ l-għedewwa hi l-qalba tat-tagħlim kollu
b)      l-messaġġ tal-parabbola tas-Samaritan it-tajjeb (10, 29-37)
c)      l-eżempju l-kbir ta’ Ġesù li minn fuq is-salib talab għal-għedewwa tiegħu (23,34)