Nagħmlu lil Alla magħruf fid-Dinja Tagħna

Belt tal-Vatikan, 10 ta’ Novembru 2009 (VIS)



Waqt il-laqgħa tal-assembea ġenerali tal-Konferenza Episkopali Taljana (CEI), li qd issir din il-ġimgħa f’Assisi, l-Papa kellem lil dawk li kienu qed jieħdu sehem fiha.
Wara li f’Mejju li għadda huwa kien diġà kellem lill-isqfijiet Taljani dwar “l-unġenza tal-edukazzjoni”, l-Papa reġa’ saħaq fuq dan is-suġġett.  Il-Papa fisser li “dan jaffettwa s-setturi kollha tal-Knisja, u jfisser li l-mistoqsijiet il-kbar taż-żmien modern għandhom ikunu milqugħa b’rieda qawwija:
  •      l-mistoqsija dwar in-natura tal-bniedem u d-dinjità tiegħu (l-element deċisiv fl-iżvilupp tal-persuna), u
  •    l-“mistoqsija dwar Alla “li tidher li qed tippressa dejjem iktar fi żminijietna.”

Benedittu XVI tenna wkoll il-kliem li lissen dan is-sajf ġol-kattidral ta’ Aosta, l-Italja: “Jekk ir-relazjoni fundamentali tagħna ma’ Alla m’hix ħajja, jekk ma ngħixuhiex, allura l-ebda waħda mir-relazzjonijiet l-oħra tagħna ma tista’ tkun sewwa. ...   Jekk ngħaddu mingħajr Alla, jekk m’hemmx Alla, jonqosna l-boxxla ...  biex turina t-triq, liema naħa għandna mmorru.  AllaJeħtiġilna nġibu l-verità dwar Alla lura fid-dinja, nagħmluH magħruf, nagħmluH preżenti”.

Il-Papa kompla jgħid li: “Biex jigri dan aħna, qabelxejn u b’kull ma aħna jeħtieġ li nsiru adorazzjoni ħajja, rigal li jbiddel id-dinja u jroddha lil Alla.  Dan huwa l-qofol tal-messaġġ tas-Sena għall-Qassisin”.
......................................
..................
MESS/.../CEI PLENARY ASSEMBLY                                       VIS 091110 (440)

Ara l-oriġinal:





”Aħna qaddejja li ma niswew għal xejn”

Dmir il-qaddej (Lq. 17:7-10)
"Wieħed minnkom ikollu qaddej qiegħed jaħrat jew jirgħa; meta jidħol mill-għalqa x'se jgħidlu? 'Ejja, isa, u oqgħod għall-ikel'? jew, 'Lestili x'niekol, ilbes il-fardal u newwilli sa ma niekol u nixrob jien, u mbagħad tiekol u tixrob int'? Jaqaw se jroddlu ħajr lill-qaddej talli jkun għamel li ordnalu? Hekk ukoll intom, meta tagħmlu kull ma tkunu ordnati, għidu, 'Aħna qaddejja li ma niswew għal xejn; għamilna biss dak li kellna nagħmlu.'"

Kummentarju:
Beata Teresa ta’ Calcutta (1910 – 1997), fundatriċi tas-Sorijiet Missjunarji tal-Karità
Triq ħafifa
"Aħna qaddejja li ma niswew għal xejn”

Tħabblux raskom għax jeżistu l-problemi fid-dinja – biss aqdu l-ħtiġijiet tan-nies.  Xi wħud jgħiduli li jekk aħna nagħtu l-karita lill-oħrajn dan inaqqas r-responsabiltà tal-gvern lejn il-foqra u dawk fil-bżonn. Jien ma nħabbilx rasi minn dan, għax il-gvernijiet ġeneralment ma joffrux l-imħabba.  Jien biss nagħmel li nista’: il-bqija m’hix biċċa tiegħi.

Alla kien daqshekk twajjeb magħna: l-għemejjel ta’ mħabba huma dejjem mezz biex nersqu iktar qrib lejn Alla. Araw x’għamel Ġesù matul il-ħajja tiegħu fid-dinja! Hu qattagħha biss jagħmel il-ġid (Atti 10,38). Jiena nfakkar lis-sorijiet li Ġesù qatta' tlett snin mimm ħajtu jfejjaq il-morda u l-imġiddmin, lit-tfal u nies oħra; u dan hu preċiżament li qed nagħmlu aħna, nippridkaw l-Evanġelju permezz ta’ għemilna.

Il-Qadi għalina hu privileġġ, u aħna nagħmlu ħilitna, biex nqadu tassew u mill-qalb. Aħna nħossu li dak li qed nagħmlu hu biss qatra fl-oċejan, iżda l-oċejan ikun nieqes mingħajr dik il-qatra.