Id-Dibattitu Teoloġiku u d-Difiża tal-Fidi




Belt tal Vatikan, 4 Nov 2009 (VIS) – Benedittu XVI iddedika l-katekeżi tiegħu matul l-udjenza ġenerali ta’ dal-għodu fuq id-dibattitu li kien hemm fis-seklu tnax bejn San Bernard ta’ Clairvaux u Abelard, li rispettivament ipproponew it-teoloġija monastika u dik skolastika.

Il-Papa beda billi fakkar li t-teoloġija “hi tiftix għall-għarfien bir-raġuni (daqs kemm jista’ jkun) tal-misteri tar-rivelazzjoni Nsranija, li jitwemmnu bil-fidi, ... il-fidi tfittex l-għarfien”.  Iżda filwaqt li San Bernard ..  jisħaq fuq ... il-fidi, Abelard ….. jinsisti fuq l-għarfien bir-raġuni.

“Għal Bernard”, żied jgħid il-Papa, “il-fidi nfisha hi mżejna b’ċertezza intima, bbażata fuq ix-xhieda tal-Iskrittura u fuq it-tagħlim tal-Missirijet tal-Knisja.  … Fil-każi fejn hemm dubju jew ambigwità, l-fidi hija mħarsa u mdawwla bl-eżerċizzju tal-Maġisteru tal-Knisja”.  Hekk, għal abbati ta’ Clairvaux, “it-teoloġija għandha għan wieħed, dak li tmexxi ’l quddiem l-għixien u l-esperjezja intima ta’ Alla”.

“Abelard, li fost ħwejjeġ oħra daħħal il-kelma ‘teoloġija’ kif nifhmuha llum, … fil-bidu tgħallem il-filosofija u mbagħad applika dak li kiseb f’din id-dixxiplina għat-teoloġija”.  Huwa kellu “spirtu reliġjuż iżda personalita bla sabar, u ħajtu kienet mimlija bi ġrajjiet drammatiċi: huwa sfida lill-għalliema tiegħu u kellu tarbija minn Eloise, mara intelliġenti u ta’ kultura. …  Hu ġarrab ukoll kundanni ekkleżjastiċi, għalkemm huwa miet f’għaqda sħiħa mal-Knisja, li qagħad għal-awtorità tagħha fi spirtu ta’ fidi”.

“L-użu żejjed tal-filosofija wasslet biex it-tagħlim Trinitarju ta’ Abelard ikun fraġli b’mod perikuluż” qal il-Papa.  “L-istess, fil-qasam tal-morali t-tagħlim tiegħu ma kienx mingħajr ambigwità filwaqt li hu saħaq li għandha titqies l-intenzjoni tas-suġġett bħala l-uniku mezz biex turi t-tjubija jew il-ħażen tal-atti morali, filwaqt li jitwarrab is-sinifikat u l-valur morali oġġettiv tal-azzjonijiet.

“Dan l-aspett”, kompla Benedittu XVI, “jgħodd ħafna għal-żminijietna, fejn il-kultura sikwit tidher immarkata minn tendeza li qed tiżdied għal relativiżmu etiku.  Madankollu, aħna ma rridux ninsew is-siwi kbir ta’ Abelard, … li għamel kontribuzzjoni deċisiva għall-iżvilupp tat-teoloġija skolastika.  …. Lanqas ma għandna nwarrbu xi għarfien tiegħu bħal, per eżempju, l-affermazzjoni tiegħu li t-tradizzjonijiet reliġjużi mhux insara diġa għandhom fihom xi għamla ta’ tħejjija biex jilqgħu lil Kristu, il-Kelma Divina.

“X’nistgħu nitgħallmu mill-konfrantazzjoni … bejn Bernard u Abelard u, b’mod ikat  wiesgħa, bejn ix-xeħta tat-teoloġija monastoika u dik skolastika? staqsa l-Papa.  “L-ewwelnett”, hu kompola, “naħseb li din turi l-ħtieġa u s-siwi ta’ diskussjoni teoloġika sana fi ħdan il-Knisja, speċjalment meta l-kwistjoni li tkun dibattuta ma kenitx matugħa mill-Maġisteru, li, madankollu, jibqa’ punt ta’ riferenza li ma tistax taħrab minnu”.

“fil-qasam tat-teoloġija irid ikun hemm bilanċ bejn dawk li nistgħu inseħulhom prinċipji arkitettoniċi, li jingħatawlna bir-Rivelazzjoni u li, għalhekk, iżommu dejjem il-priorità u l-importanza tagħhom, u l-prinċipji interpretattivi imressqin mill filosofija (jiġifieri mir-raġuni), li għandhom funzjoni importanti, iżda waħda strumentali.  Meta ma jinżammx dan il-bilanċ, ir-riflessjoni teoloġika tissogra li titħassar bl-iżball u imbagħad ikun imiss lill-Maġisterju biex jeżerċita is-servizz meħtieġ għal verità, li hu xogħolu”.

“Id-dibattitu teoloġiku bejn Bernard u Abelard intemm b’rikonċiljazzjoni sħiħa. … Dak li rebaħ fiż-żewġt irġiel hu dak li aħna għandna jkollna għal qalbna kull meta tinqala’ xi kontroversja teoloġika: jiġifeiri, niddefendu l-fidi tal-Knisja u niżguraw li tirbaħ il-verità fl-imħabba”.

AG/BERNARD ABELARD CONTROVERSY/...                         VIS 091104 (600)








No comments:

Post a Comment