”Aħna qaddejja li ma niswew għal xejn”

Dmir il-qaddej (Lq. 17:7-10)
"Wieħed minnkom ikollu qaddej qiegħed jaħrat jew jirgħa; meta jidħol mill-għalqa x'se jgħidlu? 'Ejja, isa, u oqgħod għall-ikel'? jew, 'Lestili x'niekol, ilbes il-fardal u newwilli sa ma niekol u nixrob jien, u mbagħad tiekol u tixrob int'? Jaqaw se jroddlu ħajr lill-qaddej talli jkun għamel li ordnalu? Hekk ukoll intom, meta tagħmlu kull ma tkunu ordnati, għidu, 'Aħna qaddejja li ma niswew għal xejn; għamilna biss dak li kellna nagħmlu.'"

Kummentarju:
Beata Teresa ta’ Calcutta (1910 – 1997), fundatriċi tas-Sorijiet Missjunarji tal-Karità
Triq ħafifa
"Aħna qaddejja li ma niswew għal xejn”

Tħabblux raskom għax jeżistu l-problemi fid-dinja – biss aqdu l-ħtiġijiet tan-nies.  Xi wħud jgħiduli li jekk aħna nagħtu l-karita lill-oħrajn dan inaqqas r-responsabiltà tal-gvern lejn il-foqra u dawk fil-bżonn. Jien ma nħabbilx rasi minn dan, għax il-gvernijiet ġeneralment ma joffrux l-imħabba.  Jien biss nagħmel li nista’: il-bqija m’hix biċċa tiegħi.

Alla kien daqshekk twajjeb magħna: l-għemejjel ta’ mħabba huma dejjem mezz biex nersqu iktar qrib lejn Alla. Araw x’għamel Ġesù matul il-ħajja tiegħu fid-dinja! Hu qattagħha biss jagħmel il-ġid (Atti 10,38). Jiena nfakkar lis-sorijiet li Ġesù qatta' tlett snin mimm ħajtu jfejjaq il-morda u l-imġiddmin, lit-tfal u nies oħra; u dan hu preċiżament li qed nagħmlu aħna, nippridkaw l-Evanġelju permezz ta’ għemilna.

Il-Qadi għalina hu privileġġ, u aħna nagħmlu ħilitna, biex nqadu tassew u mill-qalb. Aħna nħossu li dak li qed nagħmlu hu biss qatra fl-oċejan, iżda l-oċejan ikun nieqes mingħajr dik il-qatra.

No comments:

Post a Comment