Min Jara lil Alla jibqa’ Jixtiequ għal Dejjem

Ġesù jfejjaq lil Bartimew l-agħma (Mk. 10, 46 – 52)

U waslu Ġeriko. Hu u ħiereġ minn Ġeriko flimkien mad-dixxipli tiegħu u ma' kotra kbira ta' nies, kien hemm wieħed tallab agħma, jismu Bartimew, bin Timew, bilqiegħda mal-ġenb tat-triq. Dan, meta sama' li kien Ġesù ta' Nazaret, qabad jgħajjat u jgħid: "Ġesù, bin David, ikollok ħniena minni?" Kien hemm ħafna li bdew jgħajtu miegħu biex jiskot imma hu aktar beda jgħajjat: "Bin David, ikollok ħniena minni?" Ġesù waqaf u qal: "Sejjħulu." Huma sejjħu l-agħma u qalulu: "Agħmel il-qalb! Qum, qiegħed isejjaħlek." Dak tajjar il-mantar minn fuqu, qabeż fuq riġlejh u mar ħdejn Ġesù. U Ġesù kellmu u qallu: "Xi tridni nagħmillek?" "Li nara, Rabbuni?" wieġbu l-agħma. "Mur?" qallu Ġesù, "il-fidi tiegħek fejjqitek." U minnufih raġa' beda jara, u baqa' miexi warajh fit-triq.


U minnufih beda jara, u baqa’ miexi warajh fit-triq.” (Mk. 10, 52)

San Girgor isqof ta’ Nyssa fil-kummentarju teigħu fuq”Il-Ħajja ta’ Mose”, jfisser għaliex “Ħadd ma jista’ jara lil Alla u jgħix”. Dan għaliex min jara lil Alla, jfisser li jkun miexi fid-direzzjoni opposta ta’ Alla. Filwaqt li Alla jrid li aħna nimxu fl-istess direzzjoni tiegħu u għalhekk jeħtieġ li aħna nimxu warajh u mhux kontra tiegħu.

No comments:

Post a Comment