L-GĦARFIEN JIKBER BISS JEKK WIEĦED IĦOBB IL-VERITÀ

IT-TEOLOĠIJA LATINA TKATTRET FIS-SEKLU TNAX

Traduzzjoni tal-"Vatican Informatioon Service News"

BELT TAL-VATIKAN, 28 Ott 2009 (VIS)    
Waqt l-Udjenza Ġenerali fi Pjazza San Pietru, il-Papa qal li s-sensiela ta’ ġrajjiet li seħħew matul is-seklu tnax  taw ħajja ġdid lit-teoloġija Latina.

Huwa fisser li “Matul dan iż-żmien, fl-Ewropa tal-Punent kien isaltan sliem relattiv u bis-saħħa tal-kuntatti mal-Lvant, ġab tkabbir ekonomiku fis-soċjeta, ssaħħu l-istrutturi politiċi, u ħajjar attivita kulturali qawwija.  Il-benefiċċji ta’ dan il-movimet bla qies ħallew fil-knisja dak li hu magħruf bħala r-Riforma Gregorjana, li għenet biex issir “tisfija iktar evanġelika fil-Knisja, speċjalment fost il-kleru” u twessieħ tal-ħajja reliġjuża.  Frott ta’ dawn l-iżviluppi, fis-seklu tlettax jispikkaw personalitajiet bħal San Tumas u San Bonaventura.

Benedittu XVI qal li f’dan il-kuntest żviluppaw żewġ mudelli differenti ta’ teoloġija: dak tat-“teoloġija monastika” u dak tat-“teoloġija sklolastika.  Dwar ta’ l-ewwel. L-irħieb “kienu dedikati għall-Iskrittura Mqaddsa u waħda mill-attivitajiet prinċipali tqagħhom kienet il lectio divina, jiġifieri, l-qari meditattiv tal-Bibbja”.  Kien preċiżament, is-Sinodu tal-Isqfijiet tas-sena 2008 fuq il-“Kelma ta’ Alla fil-Ħajja u l-Missjoni tal-Knisja” li fakkar l-importanza ta’ dan l-aspett.

Huwa qal li “Billi t-teoloġija monastika hija s-smigħ tal-Kelma ta’ Alla, jeħtieġ li wieħed isaffi qalbu biex jilqagħha u, fuq kollox, wieħed għandu jkun mimli ħeġġa biex jiltaqa’ mal-Mulej.  It-teoloġija għalhekk issir meditazzjoni, talba, għanja ta’ tifħir, u xprun għal konverżjoni sinċiera”.

Il-Papa saħaq li “huwa mportanti li nwarrbu ftit ħin kuljum għall-meditazzjoni fuq il-Bibbja sabiex il-Kelma ta’ Alla tkun il-musbieħ li jdawwal il-mixja tagħna ta’ kuljum fuq l-art”.

Filwaqt li kontinwament jirreferi għal-metodu tat-“teoloġija skolastika”, l-Papa qal “li mhux faċli biex il-mentalità tal-lum tifhem li” f’dan il-proċess kienet essenzjali “l- quaestio, li kienet tikkonsisti fit-tema għad-dikskussjoni”.

“L-organizzazzjoni tal- quaestiones wassal għal ġabra ta’ sintesi dejjem iktar wiesa’, l-hekk imsejjħa summae li kienu trattati vasti tat-teoloġija-dommatika.  It-teoloġija skolastika fittxet li turi l-unità u l-armonija tar-Rivelazzjoni Nisranija b’metodu sistematiku, preċiżament imsejjaħ “skolastiku”, li jwassal il-fdifidi fir-raġuni umana.


Benedittu XVI temm id-diskors tiegħu billi saħaq li “l-fidi u r-raġuni, fi djalogu reċiproku, jaqbzu bil-ferħ meta huma t-tnejn imexxijin mit-tfittxija għal għaqda intima ma’ Alla …   Il-verità titfittex bl-umiltà, tintlaqa’ bil-għaġeb u r-rikonoxxenza: f’kelma waħda, l-għarfien jikber biss jekk wieħed iħobb il-verità”.


l-original jinstab:
AG/LATIN THEOLOGY/... VIS 091028 (410)


www.zenit.org/article-27369?l=english


No comments:

Post a Comment